You are here

Kampanji futuri

Il-kampanja tal-2020-22 tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoluskeletali relatati max-xogħol (MSDs).

L-MSDs ikomplu jkunu wieħed mit-tipi l-aktar prevalenti ta’ problemi tas-saħħa relatati max-xogħol fl-Ewropa.

Ir-riskji relatati mal-qagħda, l-esponiment għal movimenti ripetittivi jew għal pożizzjonijiet ta’ għeja jew ta’ wġigħ, il-ġarr jew it-tqandil ta’ tagħbijiet tqal — dawn il-fatturi kollha ta’ riskju komuni ħafna fuq il-post tax-xogħol jistgħu jikkawżaw l-MSDs. Meta jitqies kemm huma mifruxa sew l-MSDs relatati max-xogħol, jidher ċar li jeħtieġ isir aktar biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar kif jistgħu jiġu pprevenuti

Il-kampanja tħares lejn il-kawżi ta’ din il-problema persistenti b’mod komprensiv. L-għan tagħha hu li tqassam informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar is-suġġett, tħeġġeġ approċċ integrat għall-immaniġġjar tal-problema, u toffri għodod u soluzzjonijiet prattiċi li jistgħu jgħinu fil-livell tal-post tax-xogħol.

Biex tkun taf aktar dwar l-MSDs żur it-taqsima tal-web iddedikata tagħna