Stħarriġ tal-opinjoni Ewropew dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

European opinion polls on safety and health at work

Image by tookapic from Pixabay

Fl-istħarriġ tagħna, aħna niffukaw primarjament fuq l-opinjonijiet tal-ħaddiema. Aħna kapaċi niksbu dejta kredibbli, minn madwar l-Ewropa dwar l-opinjoni pubblika dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH).

Bis-sehem tagħhom fl-istħarriġ in-nies jibdew jaħsbu, u dan jgħin fis-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet tal-OSH. Ir-riżultati jenfasizzaw l-importanza ta’ OSH tajba u r-rwol tagħha fis-saħħa pubblika u fin-negozji ta’ suċċess. Bit-twettiq tal-istħarriġ madwar l-Ewropa kollha, ikunu qed jitqiesu l-opinjonijiet dwar l-OSH ta’ varjetà wiesgħa ta’ nies. Ir-riżultati jgħinuna nifhmu d-differenzi bejn il-fehmiet ta’ nies ta’ etajiet, ġeneri, livelli edukattivi, setturi, daqsijiet ta’ kumpaniji, eċċ. differenti.

L-istħarriġ jista’ jkun utli wkoll biex jiġu identifikati riskji ġodda u emerġenti li għandha ssir riċerka dwarhom. Idealment, l-istħarriġ fil-ġejjieni jgħin biex jiġu esplorati suġġetti ewlenin u biex jiġu appoġġjati Kampanji futuri dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa.

Għanijiet

L-istħarriġ isir biex:

  • Jappoġġja l-pjanijiet ta’ ġestjoni annwali tal-EU-OSHA
  • Jipprovdi għarfien ta’ valur dwar il-fehmiet tal-ħaddiema
  • Joħloq sensibilizzazzjoni dwar l-OSH fl-Ewropa kollha u dwar ir-rabta bejn l-OSH u s-saħħa
  • Jinkoraġġixxi d-dibattitu dwar l-OSH
  • Jipprovdi dejta nazzjonali utli għall-punti fokali u jsaħħaħ il-kollaborazzjonijiet
  • Jgħolli l-profil tal-OSH fil-midja

Ir-riżultati tal-istħarriġ tal-opinjoni tagħna jistgħu jistimulaw id-dibattitu u d-diskussjoni fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll jinfurmaw lil dawk li jfasslu l-politika fuq livelli nazzjonali u tal-UE.

Stħarriġ preċedenti

Diversi stħarriġ tal-opinjoni li twettqu sal-lum jappoġġjaw l-għanijiet tal-OSH tal-Unjoni Ewropea inkluż:

  • Iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-ħaddiema dwar l-OSH
  • Il-provvista ta’ informazzjoni dwar l-adattament għal popolazzjoni ta’ ħaddiema li qed tikber fl-età
  • Il-promozzjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji, kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll lil hinn
  • Iż-żieda fir-rikonoxximent tal-istress relatat max-xogħol bħala kwistjoni organizzazzjonali

Ara r-riżultati tal-istħarriġ preċedenti tagħna:

Sorsi oħra Ewropej rilevanti

Għal stampa iżjed sħiħa tal-opinjoni pubblika dwar l-OSH, agħti ħarsa lejn dawn is-sorsi tal-informazzjoni addizzjonali: