Id-dikjarazzjonijiet tal-missjoni u l-viżjoni tal-EU-OSHA jispjegaw ir-rwol tagħha fil-mandat previst fir-regolament fundatur. Id-dikjarazzjoni tal-missjoni tiddefinixxi x’tagħmel l-Aġenzija. Id-dikjarazzjoni tal-viżjoni tispjega l-għanijiet li l-Aġenzija tixtieq tikseb.
Dawn id-dikjarazzjonijiet huma adottati mill-Bord ta’ Tmexxija bħala parti mill-istrateġija korporattiva. Jesprimu kif il-Bord jixtieq li l-Aġenzija timplimenta l-mandat tagħha.
Il-missjoni tagħna
Aħna niżviluppaw, niġbru u nipprovdu informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti biex navvanzaw l-għarfien, noħolqu sensibilizzazzjoni u niskambjaw l-informazzjoni u l-prattika tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) li għandha taqdi l-bżonnijiet ta’ dawk involuti fl-OSH.
Il-viżjoni tagħna
Li nkunu rikonoxxuti fuq quddiem nett tal-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa abbażi tad-djalogu tripartitiku, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ prevenzjoni tar-riskju tal-OSH, biex niżguraw ekonomija intelliġenti, sostenibbli, produttiva u inklużiva.
L-EU-OSHA hija l-aġenzija tal-informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali. Xogħolna jikkontribwixxi għall-Qafas Strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027 u għal strateġiji u programmi rilevanti oħra tal-UE.
Sib aktar informazzjoni fl-istrateġija korporattiva u fil-programmi ta’ ħidma tagħna u fir-regolament fundaturtagħna.