Factsheets 62 - Is-Sigurtà tal-Ħaddiema Żgħażagħ - Pariri għas-Supervisors
15/05/2007 Tip: Skedi informattivi 2 paġni

Factsheets 62 - Is-Sigurtà tal-Ħaddiema Żgħażagħ - Pariri għas-Supervisors

Keywords:L-OSH u ż-żgħażagħ

Skond statistika Ewropea, ir-rata ta' korriment fuq ix-xogħol hija 50% ogħla għaż-żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-24 sena minn dik ta’ ħaddiema ta’ etajiet oħra. In-nuqqas ta' superviżjoni adegwata bla dubju jikkontribwixxi għal din ir-rata għolja ta' inċidenti. Iżżgħażagħ fuq il-post tax-xogħol ma jkunux familjari ma' xogħolhom, mal-post ta' madwarhom u mar-riskji assoċjati magħhom. Dan in-nuqqas ta' esperjenza jfisser li aktarx ma jkunux kapaċi jagħrfu r-riskji jew jagħtuhom biżżejjed attenzjoni. Barra minn hekk, hemm ukoll restrizzjonijiet speċifiċi dwar ixxogħol ta‘ persuni taħt it-18-il sena. Għalhekk, minbarra t-taħriġ, iż-żgħażagħ aktarx ikollhom bżonn aktar superviżjoni mill-adulti. Dawn jinkludu studenti li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' prattika jew taħriġ kif ukoll impjegati ġodda.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett