Tip:
Folji ta’ informazzjoni
4 paġni
Disturbi muskoloskeletali fost it-tfal u ż-żgħażagħ - approċċ ta’ tul il-ħajja għall-fatturi ta’ riskju u l-prevenzjoni
Keywords:Il-prevalenza ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) fost it-tfal u l-adolexxenti hija pjuttost għolja u ħafna żgħażagħ jidħlu fil-forza tax-xogħol bi problemi muskoloskeletali diġà eżistenti li potenzjalment jistgħu jiġu aggravati bix-xogħol.
Huwa meħtieġ approċċ ta’ tul il-ħajja (li jibda mit-tfulija) biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet muskoloskeletali u s-saħħa muskoloskeletali. Dan l-approċċ għandu l-potenzjal li jsaħħaħ il-fehim ta’ kif u għalfejn iseħħu l-MSDs matul-il-ħajja u kif is-saħħa muskoloskeletali tista’ tiġi promossa.
Din l-iskeda informattiva tissottolinja wkoll il-ħtieġa li s-setturi tas-saħħa pubblika, tal-edukazzjoni u tas-saħħa okkupazzjonali jaħdmu flimkien biex l-MSDs fost it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu evitati.