Approċċ parteċipattiv għat-tnaqqis tar-riskji assoċjati ma’ disturbi muskoloskeletali għal persunal tekniku tal-manutenzjoni

Keywords:

Ix-xogħol tal-persunal tekniku tal-manutenzjoni fuq is-siti tal-manifattura ta’ spiss huwa assoċjat ma’ movimenti u pożizzjonijiet strambi fi spazji ristretti.

Dan l-istudju tal-każ iħares lejn intervent parteċipattiv f’sit tal-manifattura tal-lentijiet oftalmiċi fl-Irlanda biex jitnaqqsu r-riskji tal-MSD għal persunal tekniku tal-manutenzjoni. Koordinatur intern tas-sikurezza u s-saħħa organizza l-intervent li involva kemm lill-persunal tekniku tal-manutenzjoni kif ukoll lill-operaturi tal-magni.

Flimkien, identifikaw u vvalutaw ir-riskji, filwaqt li ffukaw fuq kompitu partikolari li l-persunal tekniku kellu jwettaq għarkobbtejh. Ladarba nstabet soluzzjoni, kemm il-persunal tekniku kif ukoll l-operaturi ġew ikkonsultati biex jiġi żgurat li l-bidla proposta jkollha impatt pożittiv fuq dawk kollha involuti fl-ambjent tax-xogħol.      

Niżżel in: en | ro | sk |