![](/sites/default/files/styles/cover_images/public/2022-02/Case%207_Vineyard.pdf.jpeg?itok=0N3nikOQ)
It-tnaqqis tad-disturbi muskoloskeletali ta’ ħaddiema tal-vitikultura permezz ta’ approċċ parteċipattiv li jinvolvi analiżi tal-vidjo
Keywords:Ix-xogħol tal-ħaddiema tal-vitikultura (il-produzzjoni tal-għeneb) jinvolvi sigħat twal ta’ movimenti repetittivi f’pożizzjonijiet strambi. Għal kumpanija żgħira tal-vitikultura fi Franza, l-assenteiżmu laħaq il-50 % matul l-istaġun tal-żbir.
Biex jindirizza din il-kwistjoni, il-maniġment talab l-għajnuna mingħand il-Fond Reġjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa. Dan l-istudju tal-każ jenfasizza kif intervent parteċipattiv naqqas ir-riskju ta’ MSDs. Il-konsulenti tal-ergonomija l-ewwel ħadu filmat tal-ħaddiema fuq is-sit. Imbagħad analizzaw il-vidjo mal-ħaddiema biex jiddeterminaw il-fatturi biomekkaniċi li kkontribwexxew biex il-kundizzjoni tal-ħaddiema marret għall-agħar.
Wara l-validazzjoni tal-fatturi mal-ħaddiema, is-soluzzjonijiet ġew ittestjati billi reġa’ ttieħed filmat tal-ħaddiema u ġew diskussi r-riżultati.