L-esponiment għall-aġenti bijoloġiċi u l-effetti relatati fuq is-saħħa fis-setturi tal-ġestjoni tal-iskart u tat-trattament tal-ilma mormi

Keywords:

Dan id-dokument ta’ diskussjoni jippreżenta s-sejbiet ta’ riċerka dwar ir-riskji maħluqa minn aġenti bijoloġiċi għall-ħaddiema tal-ġestjoni tal-iskart u tat-trattament tal-ilma mormi. Fl-UE qegħdin jiġu ġġenerati ammonti dejjem akbar ta’ skart, u l-ħaddiema f’dawn is-setturi huma spiss esposti għal mikroorganiżmi potenzjalment dannużi bħal batterji, virusijiet u fungi. Id-dokument ta’ diskussjoni jagħti ħarsa lejn il-kawżi u l-effetti fuq is-saħħa ta’ tali esponiment, u jeżamina kif il-bidliet fl-approċċi tal-ġestjoni tal-iskart qed jaffettwaw ir-riskji li għalihom huma esposti l-ħaddiema. Intervisti ma’ esperti u gruppi ta’ fokus ma’ ħaddiema għenu biex tinġabar informazzjoni dwar miżuri ta’ politika li jistgħu jgħinu fit-tnaqqis tar-riskji, inkluż għal gruppi ta’ ħaddiema li huma f’riskju partikolari.

Niżżel in: de | el | en | fr | lt | lv | mt |