E-fact 46: Il-Promozzjoni tas-saħħa mentali fis-settur tal-kura tas-saħħa
21/10/2009
Tip:
Fatti elettroniċi
12 paġni
Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, 2005) problemi psikosoċjali jistgħu jirriżultaw f'mard, korriment, stigmatizzazzjoni, iżolament, u saħansitra mewt. Huma jistgħu wkoll ikollhom impatt konsiderevoli fuq min iħaddem – bħal pereżempju produttività mnaqqsa u moral baxx. Il-persunal fis-settur tal-kura tas-saħħa huwa partikolarment soġġett għal riskji tas-saħħa mentali simili (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), 2004). Għaldaqstant, huwa importanti u utli ħafna li ninvestu fil-promozzjoni tas-saħħa mentali f'dan is-settur.