E-fact 38 - Tagħmir tax-xogħol, għodda u ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif
17/10/2008
Tip:
Fatti elettroniċi
11 paġni
Dan l-E-fact huwa mmirat sabiex jinforma lil dawk li jħaddmu, superviżuri, ħaddiema u rappreżentanti tagħhom, b’mod partikolari dawk f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), dwar il-perikli involuti fit-tindif u kif tista’ tkun evitata ħsara lill-ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif. Għandu jkun innutat li minħabba li l-ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif jaħdmu f’kull tip ta’ post tax-xogħol, mhux possibbli li jkunu koperti l-każijiet kollha. Il-qarrejja għandhom jikkonsultaw il-leġiżlazzjoni rilevanti fl-Istat Membru tagħhom u, jekk ikollhom xi dubju, ifittxu assistenza oħra minn korpi xierqa.