
Tip:
Tgħarrif dwar il-politika
6 paġni
Robotika Avvanzata u awtomatizzazzjoni: X’inhuma r-riskji u l-opportunitajiet għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali?
Ir-robots mhux talli qegħdin jidħlu fuq il-post tax-xogħol - talli qegħdin jirrivoluzzjonawh. Filwaqt li l-awtomatizzazzjoni ta’ kompiti ripetittivi, ta’ rutina u perikolużi tipprovdi bosta opportunitajiet għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH), toħloq ukoll sfidi li għandhom jiġu indirizzati.
Din in-nota ta’ politika tiffoka fuq id-dimensjonijiet rilevanti tal-OSH fl-interazzjoni bejn il-bniedem u r-robot (HRI) u tiddeskrivi l-implikazzjonijiet għall-OSH, l-isfidi u l-opportunitajiet.
In-nota ta’ politika tirrakkomanda wkoll l-involviment attiv tal-ħaddiema fil-mod li bih ir-robots jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li dawn is-sistemi ma jnaqqsux il-livell ta’ kontroll li ħaddiem ikollu fuq l-impjieg tiegħu.