Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninJum Dinji tal-OSH: is-sit web ġdid tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa dwar is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol
© EU-OSHA
Filwaqt li tfakkar il-Jum Dinji għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, l-EU-OSHA tiżvela s-sit web tagħha għall-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2026-2028 “Flimkien għas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol”.
Is-sit web, li bħalissa huwa disponibbli bl-Ingliż, joffri ħarsa inizjali lejn il-fokus tal-kampanja li jmiss: il-ġestjoni u l-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali u l-impatt tagħhom fuq il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet.
Dan ifisser li diġà tista’ tesplora materjali ewlenin, inklużi l-gwida tal-kampanja, il-fuljett u l-poster, biex titgħallem aktar dwar kif se noħolqu sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni kruċjali. Is-sit web, kif ukoll kontenut addizzjonali, se jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE wara t-tnedija tal-kampanja f’Ottubru 2026.