Il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali - Postijiet tax-xogħol sikuri u sani biex jiġi protett il-benesseri tal-ħaddiema

Image

Kull 10 ta’ Ottubru jimmarka l-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali. Taħt it-tema ta’ din is-sena is-Saħħa Mentali għal Kulħadd. Investiment Akbar – Aċċess Akbar, stabbilit mill-Federazzjoni Dinjija għas-Saħħa Mentali, l-għan huwa li titqajjem sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ saħħa mentali fid-dinja kollha u dwar il-ħtieġa għal investiment akbar b’mod partikolari waqt il-pandemija tal-COVID-19 u wara.

Il-coronavirus biddel id-dinja tax-xogħol, u bir-riskji psikosoċjali u l-istress relatat max-xogħol fost il-kwistjonijiet l-aktar diffiċli fis-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-pandemija kkawżat impatt sinifikanti fuq is-saħħa tal-individwi, l-organizzazzjonijiet u l-ekonomiji nazzjonali.

Din l-isfida jirnexxielna negħlbuha biss jekk naħdmu flimkien għall-promozzjoni ta’ saħħa mentali tajba fil-postijiet tax-xogħol tal-UE, mhux biss biex ngħinu fil-protezzjoni tas-saħħa u l-benesseri mentali (u fiżiċi) tal-impjegati, iżda wkoll biex nagħmlu sens tajjeb għan-negozju.

Aqra l-Artikoli ta’ OSHwiki dwar Is-Saħħa Mentali fuq ix-xogħol u COVID-19: Gwida għall-post tax-xogħol

Uża l-Gwida tal-UE: COVID-19: LURA LEJN IL-POST TAX-XOGĦOL - Nadattaw il-postijiet tax-xogħol u nipproteġu lill-ħaddiema

Esplora aktar riżorsi dwar Ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq il-post tax-xogħol

Segwi l-hashtag #WorldMentalHealthDay fuq il-midja soċjali