Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninGwida ġdida tal-UE dwar il-monitoraġġ bijoloġiku fuq il-post tax-xogħol
© Freepik
Il-gwida l-ġdida tal-EU-OSHA għandha l-għan li tgħin lill-professjonisti tas-saħħa okkupazzjonali u lill-maniġers jistabbilixxu u jimmaniġġjaw programmi ta’ bijomonitoraġġ fuq il-post tax-xogħol għall-esponiment kimiku u jużaw ir-riżultati biex itejbu l-prevenzjoni. Tista’ tkun utli wkoll għall-iġjenisti okkupazzjonali u għar-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Il-gwida toffri lill-ħaddiema informazzjoni dwar x’jista’ jinvolvi l-bijomonitoraġġ okkupazzjonali u tkopri aspetti ewlenin bħall-benefiċċji, il-limitazzjonijiet, l-interpretazzjoni tar-riżultati, id-dritt għall-informazzjoni, kwistjonijiet etiċi, u l-kunsens. Ibbrawżja l-pubblikazzjoni u sib tweġibiet għal mistoqsijiet komuni u passi prattiċi għall-implimentazzjoni.
Ikseb il-gwida hawnhekk
Tgħallem aktar dwar is-sustanzi perikolużi.