Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninNapo reġa’ lura biex jiġġieled kontra l-problemi muskoloskeletali fuq il-post tax-xogħol
Source: napofilm.net
Mill-2007, meta Napo introduċa l-film tiegħu Ħaffef il-Piż biex iżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-problemi muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol, il-prevalenza li għadha għolja ta’ din il-problema serja tas-saħħa fl-Ewropa, ispirat lil Napo biex jippreżenta 6 filmati ġodda, għal darb’oħra mimlijin umoriżmu u pariri tajbin.
Ix-xogħol sedentarju, movimenti monotoni u ripetittivi, in-nuqqas ta’ attività fiżika u l-irfigħ ta’ tagħbijiet tqal huma wħud mill-fatturi ta’ riskju li Napo, Napette u l-Boss jikkonfrontaw biex iwaqqfu jew inaqqsu t-tbatija muskuloskeletali fuq il-post tax-xogħol. Intervent bikri, miżuri preventivi tekniċi u organizzattivi, tagħmir ergonomiku u saħħa muskoloskeletali sa mill-età tal-iskola jgħaddu minn xena għall-oħra biex iwasslu messaġġ sempliċi: l-MSDs relatati max-xogħol jistgħu jiġu evitati.
Ingħaqad ma’ Napo fl-avventura l-ġdida tiegħu Napo f’…Ħaffef il-Piż – 2021
Żur is-sit web tal-kampanja 2020-22 Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu Jħaffu l-Piż
Segwi #napofilms u #EUhealthyworkplaces