Ejja nwaqqfu l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol ma’ Napo

Image
A scene of the film Napo in violence at work

© EU-OSHA

Tinsab f’kuntatt dirett mal-klijenti, il-pazjenti jew il-pubbliku fix-xogħol tiegħek ta’ kuljum? Jekk it-tweġiba hija iva, tista’ tkun f’riskju li tiġi attakkat verbalment jew fiżikament, u dan jista’ jkollu impatt serju fuq is-sigurtà u s-saħħa tiegħek.

F’film ġdid, Napo u l-kollegi tiegħu jassumu r-rwol ta’ inkarigat tal-parkeġġ, waiter, sewwieq tal-karozzi tal-linja jew ħaddiem tal-kura tas-saħħa biex jenfasizzaw xi wħud minn dawn is-sitwazzjonijiet vjolenti.

Miżuri ta’ prevenzjoni organizzattivi, tekniċi u personali huma essenzjali biex jipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema esposti għal imġiba vjolenti u abbużiva.

Ara l-film il-ġdid Napo fi... vjolenza fuq il-post tax-xogħol u kkommetti ruħek għal kultura b’tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza fuq il-post tax-xogħol!

Skopri aktar films ta’ Napo