You are here

Pubblikazzjonijiet
15/05/2007

Factsheets 64 - Protezzjoni għaż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol

Factsheets 64 - Protezzjoni għaż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol

Iż-żgħażagħ jistgħu jkunu f'riskju partikolari minħabba li jkun għad m'għandhomx biżżejjed esperjenza, taħriġ u għarfien. Għalhekk, huma jeħtieġu pariri, informazzjoni u sorveljanza kif ukoll xogħol li huwa adattat għalihom u bla periklu għalihom u għal saħħithom. Hemm aktar regolamenti speċifiċi dwar l-espożizzjoni għal perikli u l-ħinijiet tax-xogħol ta’ dawk taħt it-18-il sena. Dawn jinkludu żgħażagħ li jkunu f’postijiet tax-xogħol fuq taħriġ vokazzjonali u għall-esperjenza kif ukoll dawk li jkunu qegħdin jagħmlu xogħol każwali waqt li jkunu għadhom l-iskola jew f’xi kulleġġ. Dan ilfuljett jipprovdi ġabra fil-qosor tar-rekwiżiti li jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kemm b'mod ġenerali kif ukoll speċifikament għaż-żgħażagħ. Fuljetti oħrajn jipprovdu aktar pariri għal min iħaddem, supervisors, żgħażagħ u ġenituri.

Downloadin:CS | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV