Work-related musculoskeletal disorders summary

Disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol: mir-riċerka għall-prattika. X’nistgħu nitgħallmu?

Keywords:
Minkejja diversi inizjattivi mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs), il-prevalenza tagħhom għadha għolja fl-UE kollha. Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor is-sejbiet ta’ proġett fuq skala kbira mmirat lejn l-esplorazzjoni tar-raġunijiet għal dan u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet kemm fil-livell tal-politika kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ miżuri effettivi fuq il-post tax-xogħol.
Il-proġett kien jikkonsisti fi tliet oqsma: rieżami esploratorju tal-letteratura, analiżi ta’ 142 inizjattiva tal-politika nazzjonali u studju ta’ riċerka kwalitattiva mmirata lejn l-identifikazzjoni ta’ kif l-MSDs huma indirizzati fuq il-postijiet tax-xogħol fil-prattika. Billi jiġbor flimkien is-sejbiet minn dawn it-tliet oqsma, ir-rapport jidentifika ostakli għall-indirizzar tal-MSDs relatati max-xogħol u fatturi ta’ suċċess f’dan l-indirizzar u jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet, mil-livell tal-politika sal-livell tal-postijiet tax-xogħol.
Niżżel in: en