Sommarju Eżekuttiv - Id-disturbi muskoloskeletali u l-fatturi ta’ riskju psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol — analiżi statistika tad-data tal-istħarriġ mill-UE kollha
Keywords:Dan ir-rapport jippreżenta qafas kunċettwali biex jiġu spjegati l-fatturi ta’ riskju relatati max-xogħol għad-disturbi muskoloskeletali (MSDs) u l-benesseri mentali. Dan janalizza d-data mill-aħħar Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) u l-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) biex jiġi esplorat kif il-karatteristiċi tax-xogħol tal-ħaddiema individwali (bħal fatturi bijomekkaniċi u psikosoċjali) u l-prattiki tal-immaniġġjar tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali fil-livell tal-kumpanija huma relatati mal-MSDs u l-benesseri.
Billi qies li xi fatturi psikosoċjali jinfluwenzaw l-MSDs u l-benesseri b’mod qawwi, ir-rapport jipprovdi rakkomandazzjonijiet u jenfasizza l-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet tar-riskju olistiċi, biex jiġu mminimizzati r-riżultati negattivi tas-saħħa fil-livell tal-post tax-xogħol.