Summary - Valutazzjoni tar-riskju bl-użu tal-OiRA fuq il-postijiet tax-xogħol Franċiżi: studju kwalitattiv

Keywords:

Il-valutazzjoni tar-riskju hija l-bażi għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, u s-sigriet għal valutazzjoni tar-riskju xierqa huwa li tagħżel approċċ li jkun standardizzat u faċli biex tuża. Kull m’għandek tagħmel hu li ssaqsi lill-Franċiżi!

Franza tospita terz tal-kumpaniji żgħar u mikro kollha li attwalment jużaw l-għodda ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online (OiRA) tal-EU-OSHA. Qabel ma ppruvaw il-pjattaforma, ma kienu jużaw l-ebda sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju sistematika jew inkella kienu jużaw għodda bbażati fuq il-karti.

Minn studju fuq 40 kumpanija fi Franza, ir-rapport jippreżenta sett ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif l-aħjar tavviċina u tappoġġa kumpaniji għall-użu aħjar tal-OiRA.   

Niżżelin: en | fr |