Postijiet tax-xogħol siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa fl-Ewropa: fejn ninsabu fl-2023?

Keywords:

Din in-nota ta’ politika tiġbor fil-qosor is-sejbiet ewlenin tar-rapport “Occupational safety and health in Europe: state and trends 2023” (“Is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa: l-istat u x-xejriet 2023”) li jeżamina diversi indikaturi, xejriet u żviluppi kuntestwali relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH).

Minkejja l-iżvilupp ta’ qafas komprensiv għall-ġestjoni tar-riskji tal-OSH fl-Istati Membri tal-UE minn nofs is-snin tmenin, xi oqsma għadhom jirrikjedu titjib minħabba li r-rata ta’ tnaqqis tal-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol hija kkumpensata miż-żieda ta’ fatturi ta’ stress psikosoċjali u emozzjonali li jaffettwaw il-benesseri tal-ħaddiema, filwaqt li r-riskji fiżiċi u l-piż ergonomiku jibqgħu fuq livell għoli u stabbli.

Barra minn hekk, l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fuq il-post tax-xogħol, il-bidla tas-setturi u l-bidliet fil-forza tax-xogħol, kif ukoll il-globalizzazzjoni jitolbu miżuri tal-OSH usa’ u aktar komprensivi li għalihom din in-nota ta’ politika toffri sett ta’ rakkomandazzjonijiet għal dawk li jfasslu l-politika.

Niżżel in: el | en | et | fi | fr | hr | hu | lt | mt | nl | pl | sk | sl |

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett