L-iffaċilitar tal-aċċettazzjoni ta’ sistemi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali fuq il-post tax-xogħol u l-minimizzazzjoni tal-impatt organizzazzjonali

Keywords:

Bi kwalunkwe teknoloġija ġdida implimentata fuq il-post tax-xogħol, jistgħu jitfaċċaw riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) għall-ħaddiema. Għalkemm xi wħud jistgħu jkunu evidenti matul il-proċess tal-installazzjoni, oħrajn jistgħu jinqalgħu biss maż-żmien.

Din in-nota ta’ politika tiddiskuti l-benefiċċji tal-inġinerija tar-reżiljenza. Il-monitoraġġ tal-komponenti kritiċi tas-sistema b’mod konsistenti, l-identifikazzjoni ta’ oqsma għal titjib, ir-rispons għat-tfixkil u t-tagħlim mill-esperjenza huma kollha aspetti fundamentali tal-inġinerija tar-reżiljenza. Dawn jistgħu jiġu applikati mill-kumpaniji biex jgħinu lill-ħaddiema jaċċettaw u jużaw b’mod xieraq sistemi robotiċi ġodda jew applikazzjonijiet ibbażati fuq l-IA.

Niżżel in: cs | de | en | fi | fr | hu | it |

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett