Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati fil-kultivazzjoni tar-raba’

Keywords:

Dan id-dokument ta’ diskussjoni jippreżenta s-sejbiet tar-riċerka li jikkonferma li l-ħaddiema fl-industrija tal-kultivazzjoni tar-raba’ — il-bdiewa, il-ħaddiema li jieħdu ħsieb l-għelejjel u l-ħaddiema fis-serer — huma f’riskju għoli li jiġu esposti għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol. Bin-natura tax-xogħol tagħhom, dawn il-ħaddiema jiġu f’kuntatt ma’ firxa diversa ta’ aġenti bijoloġiċi fuq bażi regolari, u dan jirriżulta fi prevalenza għolja ta’ mard relatat max-xogħol f’dan is-settur.

Id-dokument ta’ diskussjoni jindirizza l-effetti fuq is-saħħa derivati minn tali esponiment u jiddiskuti kemm il-ħaddiema li huma l-aktar vulnerabbli kif ukoll ir-riskji emerġenti. Joffri eżempji ta’ miżuri ta’ politika ta’ suċċess li bħalissa huma stabbiliti fl-Ewropa u jissuġġerixxi modi ta’ kif jista’ jiġi żgurat li l-prevenzjoni tiġi mtejba.

 

 

Niżżel in: bg | el | en | lt |