Il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ: implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - Reviżjoni tar-riċerka - Sommarju Eżekuttiv

Keywords:

Din il-pubblikazzjoni tiddeskrivi fil-qosor il-kuntest li fih twettqet ir-reviżjoni: il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ fl-Ewropa, billi tipprovdi sommarju tar-rapport sħiħ “Research review of OSH issues and the ageing workforce” (Reviżjoni tar-riċerka tal-kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) u l-forza tax-xogħol li qed tixjieħ). Din tagħti dettalji dwar is-sejbiet ewlenin fir-rigward tat-tliet mistoqsijiet prinċipali eżaminati fir-reviżjoni: (1) “X’bidliet iseħħu f’dawk l-individwi li qed jixjieħu?”, (2) “X’inhuma l-implikazzjonijiet ta’ dawn il-bidliet matul il-ħajja tax-xogħol?” u (3) “Liema miżuri tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jistgħu jippromwovu x-xogħol sostenibbli matul il-ħajja tax-xogħol?”. Fiha, hemm identifikati diskrepanzi fl-għarfien attwali kif ukoll hemm miġbura fil-qosor konklużjonijiet ġenerali u implikazzjonijiet politiċi possibbli, filwaqt li hemm enfasizzat l-importanza li titqies il-kapaċità tax-xogħol ta' individwu u l-miżuri speċifiċi fi strateġiji ta’ prevenzjoni tar-riskju.

Niżżel in: en