Il-forza tax-xogħol li qed tixjieħ: implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - Reviżjoni tar-riċerka - Dokument ta’ Informazzjoni

Abbażi ta’ reviżjoni, din l-iskeda informattiva tipprovdi konklużjonijiet ewlenin dwar ix-xogħol sostenibbli billi tikkunsidra kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Tiddeskrivi l-isfidi ġenerali relatati mal-età li aħna nesperjenzaw, iżda tenfasizza d-differenzi bejn individwu u ieħor. L-implikazzjonijiet ta’ dawn il-bidliet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u għax-xogħol sostenibbli huma kkunsidrati, flimkien mal-importanza li dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju jiġu bbażati fuq il-kapaċità fiżika, pjuttost milli fuq l-età. Hemm deskritti miżuri ta’ suċċess għall-prevenzjoni tar-riskju u għall-promozzjoni tax-xogħol sostenibbli tul il-ħajja, u hemm ukoll diskussjoni fuq l-importanza tas-sistemi integrati tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Finalment, hemm identifikati d-diskrepanzi fir-riċerka, filwaqt li huma enfasizzati l-oqsma li għandha ssir enfasi fuqhom fir-riċerka futura.

Niżżel in: cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | lt | lv | pl | sk | sl | sv |