L-indirizzar tal-MSDs huwa faċli bil-preżentazzjonijiet il-ġodda tagħna tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

Image

Id-disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs) jistgħu jaffettwaw lil kulħadd, iżda jistgħu jiġu evitati u huma maniġġabbli. Is-soluzzjoni hija li wieħed ikun jaf il-fatti u jwettaq valutazzjonijiet tar-riskju xierqa. Tliet preżentazzjonijiet ġodda jagħtu l-informazzjoni kollha li għandek bżonn — b’mod ċar u konċiż.

Preżentazzjoni introduttorja tikkaratterizza l-MSDs u tiddeskrivi l-prinċipji tal-prevenzjoni; it-tieni waħda fiha statistika ewlenija, li tqassam l-ilmenti tal-MSD skont il-pajjiż, l-età u s-settur tax-xogħol. It-tielet preżentazzjoni tissuġġerixxi approċċ sempliċi għall-valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol, ikunu xi jkunu t-tip u d-daqs tan-negozju.

It-tliet preżentazzjonijiet issa huma disponibbli f’diversi lingwi.

Niżżel il-preżentazzjoni dwar l-introduzzjoni għall-prevenzjoni tal-MSDs

Iċċekkja l-preżentazzjoni dwar l-MSDs relatati max-xogħol: l-istatistika

Sib aktar tagħrif dwar l-valutazzjoni tar-riskju għall-MSDs