Pożizzjonijiet statiċi u disturbi muskoloskeletali: kif xogħol bilqiegħda jew bilwieqfa fit-tul jista’ jaffettwa s-saħħa tal-ħaddiema

Image

Ġisimna għandu bżonn jiċċaqlaq sabiex jiffunzjona sew: l-evitar ta’ pożizzjonijiet statiċi huwa importanti għall-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) u problemi oħra tas-saħħa. Xogħol bilqiegħda u bilwieqfa fit-tul huwa l-fokus taż-żewġ rapporti l-ġodda dwar ir-riskji għas-saħħa ta’ xogħol sedentarju.

Ir-rapporti jħarsu lejn liema ħaddiema huma l-aktar suxxettibbli, x’inhuma l-linji gwida għal xogħol bilqiegħda u bilwieqfa u kif l-impjegaturi jistgħu jipprevjenu r-riskji u jgħinu lill-ħaddiema jżidu l-attività fiżika tagħhom.

Sir af aktar fir-rapporti u s-sommarji ta’ akkumpanjament, disponibbli issa mill-qasam prijoritarju tax-xogħol sedentarju tas-sit web tal-kampanja Ħaffef il-Piż.

Disturbi muskoloskeletali u xogħol statiku bilqiegħda fit-tul - Aqra r-rapport u s-sommarju

Disturbi muskoloskeletali u xogħol statiku bilwieqfa fit-tul - Aqra r-rapport u s-sommarju

Żur il-qasam prijoritarju tax-xogħol sedentarju għall-gwida u r-rakkomandazzjonijiet l-aktar riċenti