Is-saħħa muskoloskeletali fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali

Image
Healthcare worker with musculoskeletal pain

© Krakenimages.com - stock.adobe.com

L-aħħar rapport tagħna jħares lejn is-saħħa muskoloskeletali fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali, u jenfasizza r-riskji speċifiċi u l-eżiti tas-saħħa, il-modi kif jiġu evitati u ġestiti u l-importanza tal-promozzjoni ta’ kultura proattiva tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Jidentifika l-fatturi ta’ riskju ewlenin - inklużi l-ammonti kbar ta’ xogħol, it-tqandil manwali tal-pazjenti u taħriġ inadegwat - u jippreżenta indikaturi ta’ politika għall-prevenzjoni tad-disturbi muskoloskeletali, l-aktar kwistjoni mifruxa tas-saħħa okkupazzjonali fis-settur.

Esplora r-rapport, flimkien man-nota ta’ politika u l-istudji tal-każijiet li juru prattiki u għodod tajbin.