Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninQatt ma kien aktar faċli li wieħed iżomm ruħu infurmat dwar l-immaniġġjar tal-MSDs kroniċi fuq il-post tax-xogħol
Qed tittex li tespandi l-għarfien tiegħek dwar l-immaniġġjar tal-problemi muskuloskeletali (MSDs) kroniċi fuq il-post tax-xogħol?
Artikli ċari u konċiżi tal-OSHwiki jippreżentaw fatti ewlenin u pariri dwar il-ħidma bi problemi rewmatiċi u muskoloskeletali (RMDs), strateġiji ta’ intervent bikri u l-immaniġġjar tal-uġigħ fin-naħa ta’ isfel tad-dahar. U l-bażi tad-data tagħna faċli biex tfittex hija mimlija bi studji tal-każ, riżorsi viżivi u għodod prattiċi u gwida dwar is-suġġett.
B’wieħed minn kull erba’ persuni fl-UE milquta mill-MSDs kroniċi, huwa kruċjali li wieħed jifhem dawn il-kundizzjonijiet u kif jiġu mmaniġġjati –– kemm jekk inti ħaddiem, impjegatur jew persuna li tfassal il-politika.
Aqra l-artiklu tal-OSHwiki dwar il-ħidma b’mard rewmatiku u muskoloskeletali
Ara l-artikli tal-OSHwiki dwar l-interventi bikrija tal-MSD u dwar l-immaniġġjar ta’ kundizzjonijiet tan-naħa ta’ isfel tad-dahar
Fittex ir-riżorsi tal-kundizzjonijiet kroniċi fil-bażi tad-data dwar l-għodod prattiċi u l-gwida