Il-qalba tal-kwistjoni: riżorsi ġodda dwar is-saħħa kardjovaskulari fuq il-post tax-xogħol

Image
Woman suffering from chest pain at work

© NVB Stocker - stock.adobe.com

Il-mard kardjovaskulari jikkawża 1.71 miljun mewta kull sena fl-UE. Huwa wkoll it-tieni kawża l-aktar komuni ta’ mwiet relatati max-xogħol.

Bħala parti mill-programm ta’ riċerka fuq skala kbira tal-EU-OSHA dwar is-suġġett, serje ta’ pubblikazzjonijiet ġodda janalizzaw ir-regolamenti, l-istrateġiji u l-inizjattivi eżistenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ mard kardjovaskulari u l-promozzjoni ta’ ritorn effettiv u żamma fuq il-post tax-xogħol.

Esplora t-taqsima l-ġdida fuq il-web dwar is-saħħa kardjovaskulari fuq il-post tax-xogħol biex titgħallem aktar dwar il-fatturi tar-riskju fuq il-post tax-xogħol u l-azzjoni ta’ politika tal-UE.