Taqlax għajnejk minn fuq il-premju: applika għall-Premjijiet tal-Prattika Tajba!

Image
Diverse construction team celebrating success

© dragana991 - iStock

L-organizzazzjoni tiegħek qiegħda twitti t-triq għal saħħa mentali tajba fuq il-post tax-xogħol?

Sejħa lill-intrapriżi ta' kull daqs fl-UE u fil-pajjiżi tal-EEA/EFTA biex juru l-prattiki tajbin innovattivi tagħhom biex jipprevjenu r-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol.

Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba, punt fokali ta’ kull Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, jiċċelebraw approċċi effettivi, prattiċi u trasferibbli biex jippromwovu bidliet pożittivi u dejjiema fl-ambjenti tax-xogħol.

Ikkondividi l-kontribut eċċellenti tiegħek, ikseb rikonoxximent u kun ta’ ispirazzjoni għall-bidla fl-UE kollha u lil hinn minnha.

Kif? Tgħallem aktar dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà u l-proċess tal-kompetizzjoni hawn.

Tixtieq tkun taf minn fejn tibda? Agħti ħarsa lejn ir-rebbieħa tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-aħħar Kampanja u l-eżempji mfaħħra.

Lest/a? Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-Punt Fokali Nazzjonali.