It-teżawru multilingwi tal-EU-OSHA tat-terminoloġija dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jelenka kliem ragruppat flimkien f’ġerarkija. Dan jinkludi sinonimi u antonimi ta’ dak il-kliem u xi definizzjonijiet.
Niżżel it-termini kompleti tat-teżawru tal-EU-OSHA tiegħek f’format Excel. Agħżel il-lingwa mill-kaxxa.IA tirreferi għal sistemi li juru mġiba intelliġenti billi janalizzaw l-ambjent tagħhom u jieħdu azzjonijiet – b’ċertu grad ta’ awtonomija – biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi. Is-sistemi bbażati fuq l-IA jistgħu jkunu purament ibbażati fuq software, li jaġixxu fid-dinja virtwali (eż. assistenti bil-vuċi, software għall-analiżi tal-immaġnijiet, magni tat-tiftix, sistemi ta’ rikonoxximent tad-diskors u tal-wiċċ) jew IA tista’ tiġi inkorporata f’apparati tal-hardware (eż. robots avvanzati, karozzi awtonomi, droni jew applikazzjonijiet tal-internet tal-oġġetti).
kimika li tista' tinterferixxi ma' sistemi endokrinali jew ormonali f'ċerti dożi u tikkawża tumuri kanċerużi, difetti fit-twelid jew disturbi oħra fl-iżvilupp