Is-Slovenja — L-istabbiliment ta' tim għall-promozzjoni tas-saħħa f'Domel
09/03/2016
Domel Holding d.d. proprjetà tal-impjegati hija produttur globali kbir ta' muturi elettriċi, li timpjega 952 ħaddiem b'età medja ta' 40 sena. Mill-1998, it-tim tal-promozzjoni tas-saħħa tagħhom iffoka fuq il-prevenzjoni ta' saħħa batuta biex inaqqas l-assenza minħabba l-mard u l-promozzjoni tas-saħħa biex itejjeb il-benesseri tal-impjegati. Isiru intervisti rigward ir-ritorn għax-xogħol sabiex jiġu stabbiliti l-kawżi għall-assenza minħabba l-mard, b'mod partikolari għall-impjegati bi problemi ta' saħħa. Il-kawżi/L-ispejjeż huma analizzati u jiġu identifikati miżuri ta' prevenzjoni, inkluż kontrolli mediċi għall-prevenzjoni tal-mard u l-adattamenti x-xogħol biex jitnaqqsu l-inċidenti/korrimenti. Il-proġett "Improving our Lifestyle and Staying Healthy" ("Intejbu l-Istil tal-Ħajja tagħna u Nibqgħu b'Saħħitna") jippromwovi stili ta' ħajja akar tajbin għas-saħħa. Inizjattivi jinkludu taħriġ u attivitajiet issussidjati. Iffinanzjati mill-Istitut għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa sa mill-2013, il-proċeduri tal-promozzjoni tas-saħħa jistabbilixxu fid-dettall l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' dawn l-attivitajiet. Il-fehim tal-assenza minħabba l-mard żdied, bi tnaqqis fid-disturbi u fil-korrimenti muskuloskeletali. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-komunikazzjoni informali użata, analiżi sistematika tal-assenza minħabba l-mard u monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwi. Ir-rata baxxa ta' riżultati, kif ukoll in-nuqqas ta' kura tas-saħħa komprensiva tal-impjegati, jippreżentaw sfidi. Il-proġett huwa trasferibbli għal kumpaniji oħrajn jekk il-modifiki għall-ambjent tax-xogħol huma fattibbli.