Is-Slovenja: Il-kontroll tal-esponiment tal-ħaddiema għal sustanzi perikolużi fil-manifattura ta’ apparat domestiku
02/11/2019
Tip:
Studji tal-Każijiet
3 paġni
Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019
Organizzazzjoni mfaħħra
Il-kumpanija tal-manifattura Slovena Gorenje, d.d., tieħu approċċ sistematiku u kollaborattiv biex tidentifika u telimina r-riskji minn sustanzi perikolużi, billi tinvolvi l-maniġment, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, u tim multidixxiplinarju ta’ esperti.
Permezz ta’ bidliet fit-tagħmir u fil-proċessi u ġestjoni u monitoraġġ imtejba tal-kimiċi, il-kumpanija naqqset in-numru ta’ sustanzi kimiċi użati, in-numru ta’ ħaddiema esposti u l-livelli ta’ esponiment. Hija tmur lil hinn mir-rekwiżiti leġiżlattivi, għandha impenn kontinwu biex ittejjeb is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, u tikkondividi l-għarfien ma’ kumpaniji oħra fis-Slovenja kollha.