Il-Latvja — Politika tar-riżorsi umani li tappoġġja lill-ħaddiema avvanzati fl-età f'Latvijas Balzams

Keywords:

Il-kumpanija li tipproduċi xorb alkoħoliku Latvijas Balzams timpjega 600 ħaddiem, li 20 % minnhom għandhom aktar minn 57 sena. Proċessi ta' riskju kbir iżidu r-riskju ta' problemi muskuloskeletali matul il-ħajja tax-xogħol. L-ispeċjalizzazzjoni tal-kompiti hija għolja, bħalma huma l-ispejjeż tar-reklutaġġ/it-taħriġ. Skont il-ftehim kollettiv tagħha, il-kumpanija implimentat programm biex tnaqqas l-ammont ta' kemm jinbidlu impjegati u żżomm il-ħaddiema avvanzati fl-età. Wara li saru valutazzjonijiet mediċi, ġew stabbiliti adattamenti bħal xogħol flessibbli u aġġustamenti/trasferimenti tal-kompiti. Dan il-programm ġie adottat l-aktar fost il-ħaddiema avvanzati fl-età. Il-konsulenti jistabbilixxu programmi ta' mentoring/suċċessjoni bejn ħaddiema avvanzati fl-età u dawk żgħażagħ sabiex jinżamm l-għarfien fil-kumpanija. Benefiċċji oħrajn tal-ħaddiema jinkludu assigurazzjoni tas-saħħa u sussidji għall-isports. Iż-żamma tal-ħaddiema tjiebet u l-istħarriġ juri li hemm aktar sensibilizzazzjoni lejn il-kwistjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bl-impjegati jitolbu aktar involviment f'dan il-qasam. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-integrazzjoni tal-attivitajiet tal-OSH fis-sistema tal-ġestjoni ġenerali tal-kumpanija (ISO 9001), l-involviment tat-trade unions u l-użu tal-esperti esterni. In-nuqqas ta' motivazzjoni individwali kien sfida. L-esperjenza miksuba minn dan il-programm qiegħda tiġi applikata għal proġett nazzjonali ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropej. Dan il-programm huwa trasferibbli għal kumpaniji oħrajn, jekk ikun disponibbli finanzjament xieraq.

Niżżel in: en