It-titjib tal-benesseri tal-ħaddiema tal-kura domestika permezz ta’ taħriġ u professjonalizzazzjoni – il-każ ta’ EBINCOLF
27/11/2025
Tip:
Studji tal-Każijiet
7 paġni
Dan l-istudju tal-każ jippreżenta l-ħidma tal-aġenzija Taljana EBINCOLF fit-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kura domestika permezz tal-formalizzazzjoni u l-professjonalizzazzjoni. L-approċċ wera li huwa eżemplari għat-titjib tal-benesseri okkupazzjonali tal-ħaddiema tal-kura domestika u jista’ jiġi implimentat f’pajjiżi oħra.
L-isforzi jinkludu t-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni u riżorsi tas-sigurtà varjati għall-benefiċċju kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-impjegaturi. Id-diffikultajiet jinkludu l-ilħuq ta’ ħaddiema li mhumiex membri ta’ trade union u migranti, in-natura mhux standard tal-ambjenti tal-kura domestika u s-sigħat twal meħtieġa għat-taħriġ.