L-Ungerija — ‘STEP: Take a step for your health’ ("Agħmel pass għal saħħtek") (MOL Plc)
09/03/2016
MOL huwa wieħed mill-akbar impjegaturi fl-Ungerija u huwa meqjus bħala mexxej fl-impjieg sostenibbli. Sa mill-2007, il-programm STEP immira li jnaqqas l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-assenza minħabba l-mard u li jżomm ħaddiema avvanzati fl-età fl-impjieg tagħhom. Kumitat ta' tmexxija (li jinkludi l-maniġement u l-ħaddiema) jikkoordina l-programm fi ħdan il-kumpanija kollha. Servizzi tas-saħħa okkupazzjonali jivvalutaw is-saħħa ta' kull ħaddiem u jfasslu pjan tas-saħħa individwali, b'miżuri bħal adattamenti fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ jew il-promozzjoni ta' attività fiżika. Timijiet lokali jippromwovu inizjattivi rigward is-saħħa fuq il-post, bħall-kampanji dwar dieta tajba u kontra t-tipjip. Evalwazzjoni uriet li hemm numru dejjem jiżdied ta' parteċipanti fil-programm, l-assenza minħabba mard hija inqas minn 2 %, kien hemm tnaqqis ta' mard kardjovaskulari b'5 % u hemm kultura mtejba tas-saħħa fost il-ħaddiema. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-integrazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa fl-istrateġija tal-kumpanija, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, id-diversità tal-miżuri meħuda u komunikazzjoni ċara. Ġew esperjenzati sfidi fit-tibdil tal-kultura tax-xogħol u finanzjament insuffiċjenti għall-programm. Il-programm huwa trasferibbli, minħabba li, minkejja n-natura komprensiva tiegħu, il-miżuri huma mfassla għall-ħaddiem individwali.