Il-Ġermanja — Kontrolli mediċi volontarji tal-Audi
09/03/2016
Mill-2006, il-programm dwar is-saħħa Audi AG kien parti mill-istrateġija fit-tul tar-riżorsi umani (HR) tal-organizzazzjoni. Il-programm jgħin biex jiġu identifikati riskji tas-saħħa u jiġu żviluppati interventi xierqa fi stadju bikri. L-impjegati huma intitolati għal kontrolli mediċi volontarji — kull ħames snin għal dawk l-impjegati li għandhom inqas minn 45 sena u kull tliet snin għal dawk li għandhom aktar minn 45 sena. Id-data aggregata hija analizzata biex jiġu identifikati r-riskji relatati mas-saħħa u l-bidliet meħtieġa fil-proċess u fl-organizzazzjoni tax-xogħol għall-protezzjoni tas-saħħa fiżika u mentali tal-impjegati. Il-kontrolli mediċi huma komprensivi, filwaqt li l-impjegati huma rrakkomandati biex jipparteċipaw f'inizjattivi relatati mas-saħħa pprovduti mill-assigurazzjoni tas-saħħa Audi. Kwistjonijiet individwali li huma identifikati jagħtu bidu għal interventi individwali. Il-programm għadu għaddej, b'baġit annwali. Il-parteċipazzjoni tal-kontrolli mediċi hija ta' 90 % fost il-ħaddiema kollha. Hemm indikazzjoni ta' probabbiltà mnaqqsa tal-attakki tal-qalb u l-puplesija minħabba l-programm. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-aċċess faċli għall-impjegati, l-immirar tal-ħaddiema kollha, it-titjib kemm fil-livell individwali, kif ukoll fil-livell kollettivi u l-approċċ sistematiku. Il-programm huwa trasferibbli, għalkemm jista' jkun meħtieġ appoġġ estern fl-oqsma ta' kontrolli mediċi u l-analiżi tad-data.