Franza — PSA Peugeot Citroën: l-immappjar tal-post tax-xogħol biex il-forza tax-xogħol tiġi ġestita aħjar.
09/03/2016
PSA Peugeot Citroën hija manifattur tal-karozzi li timpjega 118,080 persunal, li 29 % minnhom għandhom aktar minn 50 sena, filwaqt li l-operaturi tal-manifattura avvanzati fl-età jesperjenzaw kapaċità mnaqqsa. Fl-2009, il-leġiżlazzjoni Franċiża kienet teħtieġ li l-kumpanija tinnegozja mal-isħab soċjali tagħha biex tippromwovi l-impjieg ta' ħaddiema avvanzati fl-età. F'konformità mas-sitt prijoritajiet tal-gvern, Peugeot implimentat diversi inizjattivi, l-aktar sinfikanti minn dawn kienu l-immappjar komplut tal-post tax-xogħol u l-kategorizzazzjoni tal-impjiegi f'dawk "ibsin", "medji" jew "ħfief". Sabiex tintlaħaq il-mira ta' 58 % ta' xogħlijiet ħfief, huma naqqsu t-tqandil manwali, reġgħu qassmu l-kompiti skont il-kapaċità fiżika u implimentaw ir-rotazzjoni tax-xogħol. Saru valutazzjonijiet tal-ħiliet biex jippermettu ippjanar aħjar tal-karrieri; dawn qegħdin jiġu rieżaminati biex itejbu l-valutazzonijiet tal-ħtiġijiet tal-karrieri. Ix-xogħlijiet ibsin naqsu għal 8 %, bl-ebda ħaddiem avvanzat fl-età ma jwettaq xogħlijiet estensivi. Il-ftehimiet jiġu riveduti kull tliet snin. Riċentement, tnediet "Mission Handicap", li tinvolvi protezzjoni simili tal-ħaddiema b'diżabilità fil-kumpanija. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-kuntest leġiżlattiv qawwi, l-involviment tal-isħab soċjali u r-rilevanza għall-ħaddiema kollha. L-immappjar tal-post tax-xogħol huwa ta' spiss użat u huwa replikat faċilment.