Il-Finlandja — L-Assoċjazzjoni tar-Rijabilitazzjoni tal-Assigurazzjoni (VKK)

Keywords:

Ir-riċerka turi li r-rijabilitazzjoni vokazzjonali tirriżulta fi tnaqqis sinfikanti fl-ispejjeż assoċjati ma' mard jew korriment okkupazzjonali. Il-leġiżlazzjoni Finlandiża tinkludi r-rijabilitazzjoni bħala parti integrali tal-kumpens statutorju, bl-ebda kumpens ta' qligħ mogħti sakemm l-ewwel jiġu vvalutati possibbiltajiet ta' rijabilitazzjoni. L-Assoċjazzjoni ta' Rijabilitazzjoni tal-Assigurazzjoni tal-Finlandja (VKK) hija korp intermedjarju li tivvaluta l-prospetti tal-individwu għar-rijabilitazzjoni u, fejn ir-ritorn għax-xogħol huwa meqjus fattibbli, toħloq pjan ta' rijabilitazzjoni vokazzjonali. Għażliet ta' wara r-rijabilitazzjoni jinkludu r-ritorn għall-istess impjieg b'adattamenti, it-taħriġ mill-ġdid sabiex jittieħed rwol ġdid jew il-finanzjament biex jiġu segwiti għażliet intraprenditorjali vijabbli. Il-persuni li jkunu għaddew minn rijabilitazzjoni jiġu mmonitorjati għal sitt xhur wara li l-pjan jitlesta. Fl-2013, 71 % tal-persuni rritornaw għax-xogħol wara l-pjan ta' rijabilitazzjoni tagħhom. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-approċċ individwalizzat u multidixxiplinarju tal-VKK. L-isfidi jinkludu intervent tard (l-iżvilupp ta' pjan jista' jdum sa sentejn) u n-nuqqas ta' inċentivi għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju biex jipparteċipaw. It-trasferiment ta' din l-inizjattiva lejn Stat Membru ieħor ikun jeħtieġ sistema ta' riferiment effettiv, koordinazzjoni u finanzjament fi ħdan il-kuntest nazzjonali sabiex jinkisbu effiċjenzi simili. 

Niżżel in: en