kwistjoni 48 - Saħħa u sigurtà fuq siti żgħar ta’ kostruzzjoni
19/02/2004
Is-settur tal-kostruzzjoni huwa wieħed riskjuż, b‘madwar 13-il ħaddiem minn kull 100 000 jitilfu ħajjithom waqt xogħol ta’ kostruzzjoni, meta mqabbla ma’ medja ta’ ħamsa minn kull 100 000 fis-setturi l-oħra kollha. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jesponi wkoll lill-ħaddiema għal numru kbir ta’ problemi ta’ saħħa li jvarjaw mill-asbestożi għall-uġigħ fid-dahar, kundizzjonijiet fid-dirgħajn u fl-idejn ikkawżati mill-vibrazzjonijiet, għal ħruq ikkawżat mis-siment. Dan il-fuljett huwa biss gwida bażika u sempliċi dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-kostruzzjoni. Għalhekk, jekk tixtieq aktar informazzjoni jew pariri dettaljati, ikkuntattja lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol jew entitajiet oħra kompetenti qabel ma tibda xxogħol.