Fatturi għas-suċċess: l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-għodod Franċiżi tal-OiRA

Keywords:

Il-valutazzjoni tar-riskju tista’ tkun partikolarment ta’ sfida għall-intrapriżi mikro u żgħar (MSEs) minħabba li dawn ma għandhomx riżorsi u għarfien fit-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol nediet l-OiRA (Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online), pjattaforma adattabbli li tiffaċilita l-ħolqien ta’ għodod għall-valutazzjoni tar-riskju.  

Dan l-istudju tal-każ iħares lejn kif Franza qiegħda timplimenta għodod tal-OiRA biex tippromwovi l-valutazzjoni tar-riskju għall-MSEs f’diversi setturi tal-impjiegi. Il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tax-Xogħol, is-Sigurtà Soċjali u s-sħab soċjali settorjali wasslet għall-iżvilupp u ż-żieda fl-użu ta’ għodod ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-MSEs.

L-istudju tal-każ jikkonkludi billi janalizza l-fatturi ta’ suċċess u l-ostakli li għad iridu jingħelbu. 

Niżżel in: en | fr | sk |