Sommarju Eżekuttiv - Studju ta’ Prospettiva dwar l-Ekonomija Ċirkolari u l-effetti tagħha fuq is-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali
Keywords:Fażi 1: Makro xenarji
It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari (CE) hija fundamentali għall-għan tal-UE li tikseb newtralità karbonika sal-2050, filwaqt li fl-istess ħin toħloq tkabbir sostenibbli u impjiegi ta’ kwalità.
Il-proġett ta’ prospettiva tal-EU-OSHA jikkunsidra kif setturi differenti jistgħu jiġu affettwati minn sforzi biex tiġi implimentata ekonomija ċirkolari sal-2040, u l-konsegwenzi li dan jista’ jkollu għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali.
Dan ir-rapport - fażi 1 tal-proġett - juża erba’ xenarji futuri bħala l-punt tal-bidu biex jiġu diskussi kemm ir-riskji kif ukoll l-opportunitajiet potenzjali. Jingħata fokus speċjali lill-effetti tad-diġitalizzazzjoni, (instigatur ewlieni tal-bidla għal ekonomija ċirkolari, u l-impatt fuq is-settur tal-iskart, li se jkollu rwol kritiku fi kwalunkwe ekonomija ċirkolari futura.
Il-ħidma fuq ix-xenarji se tkompli fil-Fażi 2 ta’ dan il-proġett, li tiffoka fuq it-tixrid u t-tfassil tax-xenarji permezz ta’ djalogu mal-partijiet ikkonċernati u workshops.