Sommarju eżekuttiv: Kwistjonijiet attwali u emerġenti dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) fis-settur tal-kura tas-saħħa, inkluż il-kura fid-dar u l-kura komunitarja

Keywords:

Dan is-sommarju jagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet attwali u emerġenti tal-OSH għall-ħaddiema tas-saħħa u l-kura soċjali u kif dawn jaffettwaw is-sigurtà u s-saħħa tagħhom fuq il-post tax-xogħol u jinfluwenzaw il-kwalità tal-kura li jipprovdu. Jikkombina analiżi bibljografika u t-tweġibiet riċevuti għal kwestjonarju mibgħut lill-esperti tal-OSH fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk jippermetti li s-sejbiet mill-bibljografija jitqabblu ma’ dawk mill-‘front line’. Ir-rapport jenfasizza l-isfidi li jiffaċċja s-settur, inkluż in-nuqqas ta’ professjonisti tas-sengħa u bl-esperjenza, it-tixjiħ tal-forza tax-xogħol, iż-żieda fl-użu tat-teknoloġija li teħtieġ ħiliet ġodda u l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda ta’ kura li jittrattaw kundizzjonijiet kroniċi multipli. Il-fatt li n-nies qed jgħixu iżjed u li jeħtieġu iżjed kura fit-tul iċaqlaq l-enfasi mill-kuntest ikkontrollat ta’ kura akuta fi sptar għal kura fil-komunità u fid-djar tan-nies. Il-kuntest tal-kura fid-djar jippreżenta ambjent tax-xogħol partikolarment diffiċli minħabba spazji tax-xogħol żgħar, nuqqas ta’ taħriġ, xogħol ta’ bniedem waħdu, ftit superviżjoni jew xejn u li jkollhom jiffaċċjaw l-istess perikli bħal dawk li jiltaqgħu magħhom, pereżempju, fi sptarijiet imma b’miżuri insuffiċjenti fuq il-post biex jiġu kkontrollati r-riskji.

Niżżel in: cs | de | el | es | fi | fr | hr | hu | lt | lv | nl | pl | pt | sk | sl |