Rikonoxximent tal-avvenimenti għal ġestjoni tas-sikurezza mtejba: sistemi diġitali intelliġenti għat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema
Keywords:Avvenimenti u inċidenti mhux sikuri fuq il-post tax-xogħol jippreżentaw riskju sinifikanti. Dan l-istudju tal-każ jiddeskrivi sistema li tuża viżjoni tal-kompjuter u intelliġenza artifiċjali biex tantiċipa r-riskji u ttejjeb ir-rappurtar dwar is-sikurezza f’ambjenti ta’ xogħol differenti - u tista’ tiġi integrata mas-sistema tas-CCTV. L-istudju juri l-importanza li jiġu involuti l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom f’diskussjonijiet rigward l-iskop u l-benefiċċji tas-sistema f’termini ta’ titjib tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u li tiġi żgurata komunikazzjoni ċara u trasparenti dwar il-mod kif tintuża d-data tagħha.
Hija waħda mis-sistemi diġitali intelliġenti mfassla għat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) għall-ħaddiema f’oqsma bħal-loġistika, il-manifattura u l-portijiet. Dan l-istudju tal-każ huwa parti mill-Ħarsa Ġenerali dwar l-OSH (2020-2023), li tesplora l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ dan it-tip ta’ teknoloġija ġdida.