E-fact 52: Manutenzjoni mingħajr periklu – Il-manifattura tal-ikel u x-xorb

Il-manifattura tal-ikel u x-xorb tinvolvi ħafna industriji differenti. Hija tvarja mill-ipproċessar tal-frott u l-ħxejjex, ix-xogħol fil-fran, it-tħin tal-qamħ jew l-ipproċessar ta’ prodotti mill-ħalib għar-raffineriji taz-zokkor u l-biċċeriji. Il-manifattura tax-xorb tinkludi l-produzzjoni tal-birra, l-inbid u l-ispirti, kif ukoll xarbiet mhux alkoħoliċi u ilma minerali. Għalkemm l-ikel u x-xorb jiġu pproċessati f’ambjent ikkontrollat b’mod strett sabiex jiġi żgurat standard għoli ta’ produzzjoni iġjenika u sigura tal-ikel, dan xorta waħda ma jistax jitqies bħala settur b’‘riskji baxxi’ f’termini tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | it | lt | lv | mt | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv |