Droni li jispezzjonaw is-siti tax-xogħol tal-operatur tal-infrastruttura tal-gass (ID16)

Keywords:

Kompiti li konjittivament ma jippreżentawx sfida li jaqgħu taħt il-kategorija “3Ds” (dull, dirty, dangerous - li jinvolvu dejjem l-istess xogħol, livell ta’ ħmieġ u periklu) huma partikolarment adatti għall-awtomatizzazzjoni.

Il-każ tal-kumpanija Norveġiża tal-infrastruttura tal-gass juri l-benefiċċji għall-implimentazzjoni ta’ sistemi bbażati fuq l-IA biex jitwettqu kompiti li jistgħu jkunu konjittivi fin-natura tagħhom iżda li għandhom primarjament effetti fiżiċi tal-OSH fuq il-ħaddiema.

Id-droni mgħammra b’software tal-IA jappoġġaw l-ikkompletar ta’ spezzjonijiet fuq il-post b’mod aktar rapidu u aktar effiċjenti, mingħajr ir-riskju ta’ effetti negattivi minħabba strapazz fiżiku jew esponiment għal kundizzjonijiet klimatiċi u ambjentali avversi. 

Niżżel in: en