Id-Danimarka — Sodisfazzjon fix-xogħol għal impjegati ta' kull età: politika dwar il-ħaddiema akbar fl-età fiċ-ċimeterju
09/03/2016
Roskilde Cemeteries, li tinkludi tliet ċimiterji u krematorju, timpjega 32 persuna, disgħa minnhom għandhom aktar minn 45 sena u huma kklassifikati mill-kumpanija bħala "anzjani". Il-politika tagħha dwar il-ħaddiema akbar fl-età ġiet żviluppata fl-2007 minn grupp ta' ħidma intern u ġiet iffaċilitata minn konsulent estern, f'konformità mal-intenzjoni tal-kumpanija li żżomm il-ħaddiema avvanzati fl-età. Gruppi speċifiċi b'ħaddiema żgħażagħ u dawk avvanzati fl-età, intervisti ma' maniġers individwali, kwestjonarji ta' stħarriġ tal-impjegati u osservazzjoni tal-konsulent wasslu għal serje ta' rakkomandazzjonijiet. Dawn imbagħad ġew allinjati mal-politika u mal-kultura tal-kumpanija u ġew ikkomunikati lill-impjegati. Il-politika dwar il-ħaddiema akbar fl-età tapplika għal dawk li għandhom aktar minn 45 sena u tinkludi benefiċċji ġenerali bħal jiem addizzjonali għall-kura tal-familja u intervisti regolari dwar il-kapaċità tax-xogħol awtoperċepita. Miżuri speċifċi inkludew ħinijiet tax-xogħol imnaqqsa bl-ebda impatt fuq il-pensjoni, ir-rotazzjoni tal-kompiti u l-adattamenti tal-kompiti. Fatturi ta' suċċess jinkludu l-isħubija mal-esperti esterni, l-approċċ sistematiku mwettaq u r-rilevanza għall-impjegati kollha. Dan l-approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet huwa trasferibbli għal postijiet tax-xogħol oħrajn, bil-miżuri speċifiċi applikabbli għaċ-ċimiterji.