Il-mudell Awstrijak ta’ Skola favur il-Moviment (‘Moving School’): kwalità tal-iskola tfisser li t-tfal ikunu jistgħu jgħixu l-ħtieġa naturali tagħhom għall-eżerċizzju
Keywords:Iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti jeħtieġ li jimxu biżżejjed biex jiżguraw l-aħjar żvilupp. Ir-riċerka wriet li l-fatt li ma niċċaqalqux biżżejjed jista’ jwassal għal problemi ta’ mġiba u ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs).
Id-dokument ta' diskussjoni jħares lejn il-mudell Awstrijak ‘Skola favur il-moviment’ (‘Moving School’), li jiffoka fuq l-importanza li jingħataw opportunitajiet lill-istudenti biex jiċċaqalqu waqt li jkunu l-iskola, biex jgħinuhom iżommu u jtejbu l-benesseri tagħhom. Dan ġie żviluppat biex jappoġġa l-promozzjoni ta’ saħħa muskoloskeletali tajba fost it-tfal u ż-żgħażagħ (permezz ta’ attività fiżika) u jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza taċ-ċaqliq. L-imġiba bilqiegħda stabbilita fit-tfulija u l-adoloxxenza spiss tinżamm fl-età adulta. Il-ħin twil ta’ bilqiegħda matul ix-xogħol spiss jirriżulta fi problemi muskoloskeletali tas-saħħa, speċjalment uġigħ fin-naħa t’isfel tad-dahar u lmenti dwar l-għonq u l-ispalla. Jistgħu jsiru bosta adattamenti fuq il-post tax-xogħol biex jiġu evitati l-MSDs, iżda l-aktar mod effettiv huwa li wieħed jibda kmieni u jippromwovi stil ta’ ħajja aktar fiżikament attiv fit-tfulija.