Rapport Annwali 2014: It-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa

Fir-rapport annwali tagħha tal-2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) turi kif qed tgħin fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa kollha, partikolarment fl-intrapriżi żgħar u mikro. L-attivitajiet ewlenin tal-2014 jinkludu s-suċċess tat-tlestija tal-istħarriġ ESENER-2, il-bidu tal-proġett ‘It-titjib tal-OSH fl-intrapriżi żgħar u mikro fl-Ewropa’, l-għodda għall-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Onlajn (OiRA), il-kisbiet tal-Kampanja Inqas Stress għal iktar Saħħa fuq ix-Xogħol; u t-tnedija tant mistennija ta’ OSHwiki. Tħares ukoll lejn il-futur u l-kampanja li jmiss, Iktar saħħa fuq il-post tax-xogħol għal persuni ta’ kull età, li se tiffoka fuq il-promozzjoni ta’ ħajja tax-xogħol sostenibbli.

Niżżel in: en